Nippromwovu l-Kompassjoni

Championing Compassion Top Banner.

Nieħdu ħsieb l-annimali ħbieb tagħna – vjaġġ ta’ ġentilezza u responsabilità 

Fid-dinja naturali tagħna, hemm rwol kruċjali għal kull wieħed u waħda minna – li noffru attenzjoni, imħabba u kura lil kull kreatura ħajja. Kemm jekk għandhom rix, suf jew ġilda bl-iskaldi, l-annimali kollha jikkontribwixxu għall-bilanċ kumpless tan-natura. Mill-iżgħar insetti li jtiru għall-ġganti maġestiċi, kull kreatura għandha parti unika u importanti fis-sinfonija tal-ħajja.

Ningħaqdu flimkien fil-ġentilezza 

Għaliex huwa daqshekk importanti li nkunu ġentili mal-annimali kollha? Irridu nħarsu lejn l-istampa kollha fejn kull element huwa importanti. Ilkoll għandna responsabilità li nżommu din l-istampa magħquda u bbilanċjata, fejn niżguraw li kull element jgħix flimkien fl-armonija. 

Young girl embracing sheep in a field.

Nippromwovu l-ħarsien tal-annimali 

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali jilqa’ bis-sħiħ din l-idea. Il-missjoni tagħna tmur lil hinn minn kliem biss – ninsabu fuq vjaġġ biex nikkultivaw kultura ta’ ġentilezza u rispett lejn l-annimali kollha. Dan japplika kemm jekk dawn huma l-pets tagħna li jgħixu fi djarna, jew kreaturi selvaġġi li jgħixu fl-abitat naturali tagħhom. L-għan tagħna hu li kulħadd jgħix flimkien f’ambjent ta’ ħbiberija, fejn nieħdu ħsieb, inħobbu u nifhmu lil xulxin. 

Woman stroking homeless dog on city street, closeup.

Dinja ta’ armonija 

Il-ħidma tagħna tiffoka fuq il-ħolqien ta’ dinja fejn il-bnedmin u l-annimali jgħixu flimkien fl-aqwa mod possibbli. Aħna kollha interkonnessi, u din l-interdipendenza tagħmel id-dinja tagħna straordinarja. Meta nuru kompassjoni, niżguraw li kull annimali, minkejja d-daqs tiegħu, ikollu post sikur u kuntent fid-dar li nikkondividu.

Nieħdu pożizzjoni kontra l-kattiverja 

L-ebda ħlejqa m’għandha tesperjenza biza’ jew tbatija minħabba l-azzjonijiet tal-bnedmin. Meta naraw annimali maħqura, mitluqa, jew esplojtati, dan iġegħilna nieħdu azzjoni. F’dawn il-każijiet, il-helpline dedikat 1717 huwa ta’ importanza kruċjali. Dan jippermettilna li nirrappurtaw tħassib, u nibdew bidla pożittiva. 

Logo of the taking a stand against cruelty

Ngħinu lil dawk li jgħinu 

Diversi organizzazzjonijiet jaħdmu bla waqfien biex jiżguraw is-sikurezza u l-benesseri tal-annimali. Dawn joffru kenn, kura medika u edukazzjoni dwar kura responsabbli tal-annimali. L-involviment tagħna – kemm jekk permezz ta’ volontarjat, donazzjonijiet jew promozzjoni – jgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet biex ikomplu l-ħidma essenzjali tagħhom u jsalvaw aktar annimali fil-bżonn. 

Dogs inside a caged enclosure.

Nibnu storja ta’ kompassjoni 

Meta ningħaqdu flimkien, tiġri xi ħaġa inkredibbli. Flimkien qed nibnu dinja fejn tirrenja l-ġentilezza fuq kollox. Hija dinja fejn l-annimali jgħixu kuntenti u sikuri, kemm jekk jgħixu fi djarna jew jgħixu liberi fin-natura.

Animal shelter volunteer bracing dog.

Impenn għal tul il-ħajja 

Meta nilqgħu pet fi djarna, din mhix sempliċi deċiżjoni – dan hu impenn għal tul il-ħajja li jġib miegħu ħafna ferħ kif ukoll responsabiltajiet. Bħala sid tal-annimali dedikat, li tiżgura l-benesseri tal-annimal ħabib tiegħek bil-pil jew bir-rix, teħtieġ konsiderazzjoni u kura ddedikata.

L-importanza tan-nutrizzjoni 

In-nutrizzjoni għandha rwol importanti fil-vitalità u l-lonġevità tal-pet tiegħek. Bħalma dieta bbilanċjata hija importanti għas-saħħa tagħna, l-għażla ta’ ikel nutrittiv ta’ kwalità għolja hija importanti għas-saħħa ġenerali tal-pet tiegħek. Il-konsultazzjoni ma’ vet biex tfassal pjan ta’ dieta skont il-bżonnijiet uniċi tal-pet tiegħek huwa pass importanti biex tiżgura li l-annimal ħabib tiegħek ikun b’saħħtu u jkollu ħajja twila.

Noħolqu post sikur 

Huwa essenzjali wkoll li nibnu ambjent pożittiv u sikur. Agħżel spazju komdu fid-dar tiegħek fejn il-pet jista’ jilgħab, jistrieħ u jistkenn. Dan l-ispazju għandu jipproteġihom minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, u joffrilhom sens ta’ sikurezza u trankwillità.

Żjarat regolari għand il-vet 

Żjarat frekwenti għand il-vet jiżguraw li l-pet tiegħek igawdi minn saħħa tajba. Dawn l-esperti jissorveljaw il-benesseri tal-pet tiegħek, jamministraw tilqim importanti, u jindirizzaw tħassib dwar is-saħħa. Il-parir espert tagħhom huwa kruċjali fil-ħarsien tal-kwalità tal-ħajja tal-pet tiegħek. 

 

Veterinarian doctor checking cat at a vet clinic.

Inkunu responsabbli u nuru rispett 

Sjieda responsabbli hija bbażata fuq ir-rispett ta’ spazju kondiviż tajjeb. Nuru li nieħdu ħsieb l-ambjent u l-komunità tagħna billi nġorru poop bags magħna meta noħorġu lill-klieb tagħna jimxu, ħalli nżommu l-parks u l-viċinat tagħna nodfa.

Woamn taling responsability of her dog and respecting a public area

Tinsiex iċ-ċinga għal ambjent sikur u korteżija fi spazji pubbliċi 

Meta nkunu fi spazju pubbliku, għandha niżguraw sikurezza u nuru kunsiderazzjoni billi nużaw ċinga għall-klieb tagħna. B’dan il-mod inkunu qed ngħidu “Jien responsabbli għall-pet tiegħi, u nirrispetta lil ħaddieħor.” Meta nsegwu r-regoli taċ-ċinga noħolqu ambjent sikur għal kulħadd. 

Rwol responsabbli fil-kontroll tal-popolazzjoni 

Bħala sid responsabbli, int jista’ jkollok rwol importanti fil-kontroll tal-popolazzjoni. Meta tagħżel li ssewwi lill-pet tiegħek, dan jipprevjeni frieħ li mhumiex ippjanati, filwaqt li jħaffef il-piż fuq ix-shelters u s-santwarji tal-annimali.

Adozzjoni għal għażla ta’ kompassjoni 

Meta tkun qed taħseb li tkabbar il-familja tiegħek b’pet ġdid, agħżel l-adozzjoni. L-annimali li jinsabu fix-shelters spiss ikunu jixtiequ bidu ġdid ma’ familja li tħobbhom, u d-deċiżjoni tiegħek li tadotta annimal tappoġġja l-ħidma importanti tax-shelters u s-santwarji. 

Clipart of the Adopt don't shop

Dinja ta’ rispett u kompassjoni 

Il-privileġġ ta’ sjieda ta’ pet iġib miegħu ferħ kbir iżda wkoll responsabilità, fejn wieħed irid jiżgura ħajja ta’ kwalità u ta’ kura. Dawn l-istandards jarrikkixxu l-ħajja tal-pet maħbub tiegħek, filwaqt li jikkontribwixxu għal dinja fejn l-annimali jiġu trattati bir-rispett, il-kompassjoni u d-dinjità li bla dubju jixirqilhom. Flimkien, nistgħu ninsġu stampa ta’ kompassjoni li toħloq dinja aktar ġentili għal kulħadd. 

One bonobo kissing another on the cheek