Bajjiet għall-klieb

Minn Lulju 2023, total ta’ 16-il bajja (12 f’Malta u 4 f’Għawdex) huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala bajjiet għall-klieb.
1) Fejn iżjed jistgħu jgħumu l-klieb?

Minbarra dawn is-16-il-bajja, il-klieb jistgħu jgħumu wkoll fi kwalunkwe żona li mhux bathing zone.

2) Min jiddeċidi jekk bajja tkunx dog-friendly jew le?

Id-deċizjoni biex bajja tkun iddikjarata bajja dog-friendly hija tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali kif ukoll tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika fuq suġġerimenti li jkunu saru mid-Direttorat tal-Animal Welfare. 

3) Liema liġi tirregola il-bajjiet tal-klieb?

Il-projbizzjoni tal-klieb mill-bajjiet hija marbuta mal-kwalità tal-ilma għall-għawm li hija regolata mil- LS465.09 Art 19. Dan huwa bbażat fuq riċerka xjentifika kif ukoll fuq linji gwida tal-WHO li juru li batterji mill-ħmieġ tal-klieb jaffettwaw il-kwalità u l-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm, u dan jistajwassal biex is-saħħa tan-nies tkun f’risku. 

4) Bajjiet tal-Bandiera Blu

Matul ix-xhur tas-sajf il-klieb mhumiex permessi fuq il-bajjiet li jġorru il-Bandiera Blu. Skont l-‘International Blue Flag eco-label for Sustainable Development’ dawn il-bajjiet huma kkunsidrati bħala bajjiet tal-aqwa kwalità. Fis-sajf dawn ikunu mmarkati b’bandiera blu. Kull sena, ġeneralment, Malta tikkwalifika biex ikollha madwar 10 sa 12-il Bajja b’Bandiera Blu kull sena. 

5) Bajjiet bir-Ramel

Ħlief għall-Bajja tal-Mġiebaħ (li hija l-unika bajja uffiċjali għall-klieb), klieb MHUX permessi fuq l-ebda bajja bir-ramel, fi kwalunkwe żmien tas-sena. Din il-projbizzjoni tapplika għall-klieb f’kull bajja bir-ramel f’kull ħin (kemm fuq ir-ramel kif ukoll fl-ilma) f’Malta u Għawdex. Dan minħabba li kwalunkwe ħmieġ tal-klieb fuq ir-ramel ikun faċilmet assorbit mir-ramel u minn nies, speċjalment mit-tfal li jkunu qed jilagħbu fuq ir-ramel, u li faċilment jistgħu jiġu f’kuntatt mal-ħmieġ tal-klieb. 

6) Bajjiet tal-blat

Il-klieb jistgħu ikunu fuq il-bajjiet tal-blat kollha (ħlief għal dawk tal-Bandiera Blu) is-sena kollha. Iżda jekk bajja tal-blat hija uffiċjalment bathing area, fis-sajf, il-klieb ma jistgħux jitnizzlu fil-baħar. Uffiċjalment, f’Malta u Għawdex hawn 87 Bathing Areas. Bathing areas mhumiex bajjiet, u huma wkoll differenti minn dawk iż-żoni tal-għawm. Bajja waħda jistajkollha diversi żoni għall-għawm (. Il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa għandha 5 żoni għall-għawm). Dawn huma żoni minn fejn jinġabru kampjuni tal-ilma mill-WRAU u l-EHD biex jiċċertifikaw il-kwalità u s-sigurtà tal-ilma. Il-klieb m’humiex permessi jgħumu f’waħda minn dawn iż-żoni tal-għawm, iżda l-klieb jistgħu jibqgħu fuq il-blat. Is-sidien huma obbligati jżommu l-klieb tagħhom b’ċinga u jnaddfu wara l-klieb tagħhom. Iż-żoni tal-għawm huma fil-bathing areas u f’non-bathing areas – dawn ikunu mmarkati b’bagi matul ix-xhur tas-sajf, sabiex id-dgħajjes ma jkunux jistgħu jidħlu fil-bajja biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-għawwiema. 

7) X’jiġri jekk xi ħadd jikser il-liġi?

Il-ksur tal-liġi SL465.09, l-ewwel darba jistajwassall biex persuna teħel multa bejn €232 u €4658 u/jew mhux inqas minn sitt xhur priġunerija. Meta persuna tinqabad it-tieni darba, l-persuna tistateħel multa minn minimu ta’ €465 sa massimu ta’ €11,646 u/jew mhux inqas minn sentejn priġunerija.