Il-Ħidma tagħna

Ir-responsabbiltajiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali huma: 

  1. Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni u tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 439 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.
  2. Il-promozzjoni u l-ħarsien tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ogħla standards għas-saħħa, it-trobbija u l-ħarsien tal-annimali.
  3. Il-promozzjoni ta’ kampanji edukattivi u d-djalogu soċjali dwar kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-annimali.
  4. Il-promozzjoni ta’ kampanji edukatIl-kooperazzjoni u l-ftehim ma’ entitajiet jew persuni li huma interessati fil-ħarsien tal-annimali, sabiex il-Kummissarju jkun jista’ jissorvelja aħjar l-implimentazzjoni ta’ u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
  5. It-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Ministru u lill-Kunsill dwar it-tħejjija ta’ standards, linji gwida u regolamenti relatati mal-ħarsien tal-annimali.
  6. Ir-reviżjoni u l-investigazzjoni, kemm fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq ilment li jkun irċieva, tal-funzjonijiet u l-ħidma tal-Kunsill, tad-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji, jew id-Direttorat responsabbli mit-Trattament Xieraq tal-Annimali.
  7. It-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar is-sejbiet ta’ kwalunkwe investigazzjoni formali, li għandu jinkludi tali rakkomandazzjonijiet u rimedji li jirriżultaw neċessarji jew meħtieġa.
  8. It-twettiq ta’ tali funzjonijiet oħra li jistgħu jiġu assenjati mill-Ministru lill-Kummissarju, minn żmien għal żmien.