Bajjiet għall-klieb – Dog friendly beaches

Minn Lulju 2023, total ta’ 16-il bajja (12 f’Malta u 4 f’Għawdex) huma uffiċjalment rikonoxxuti bħala bajjiet għall-klieb.
 
 

Rinella Bay Kalkara

 

2. Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk

Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk

 

3. Tigne Point – Taħt il-pont

Tigne Point – Taħt il-pont

 

4. Ramlet It-Torri (Mellieħa)

Ramlet It-Torri Mellieħa

 

5. Baħar iċ-Ċagħaq – Wara Splash and Fun

Baħar iċ-Ċagħaq – Wara Splash and Fun

 

6. Imgiebaħ Bay – Selmun

Imgiebaħ Bay - Selmun

 

7. Dahlet Ix-Xmajjar – Armier

Dahlet Ix-Xmajjar - Armier

 

8. Zonqor Point – Marsascala

Zonqor Point – Marsascala

 

9. Sant Tumas (in-naħa tal-Munxar) – Wied il-Għajn

Sant Tumas (in-naħa tal-Munxar) – Wied il-Għajn

 

10. Ir-Ramla ta’ Wied Musa – Ċirkewwa

Ir-Ramla ta’ Wied Musa - Ċirkewwa

 

11. Ramlet il-Qortin – Mellieħa

Ramlet il-Qortin - Mellieħa

 

12. Birżebbuġia (in-naħa tas-sailing club)

Birżebbuġia (in-naħa tas-sailing club)

 

13. Trejqet Mgarr ix-Xini – Għajnsielem (Ras il-Ħobż)-Għawdex

Trejqet Mgarr ix-Xini – Għajnsielem (Ras il-Ħobż)-Għawdex

 

14. Il-Bajja ta’ Gorgun – Mġarr-Għawdex

Il-Bajja ta' Gorgun – Mġarr-Għawdex

 

15. Il-Bajja tad-Dwejra – San Lawrenz-Għawdex

Il-Bajja tad-Dwejra – San Lawrenz-Għawdex

 

16. Il-Bajja tal-Qbajjar – Żebbuġ-GħawdexIl-Bajja tal-Qbajjar – Żebbuġ-Għawdex

 

 

 

Fejn iżjed jistgħu jgħumu l-klieb?

Minbarra dawn is-16-il-bajja, il-klieb jistgħu jgħumu wkoll fi kwalunkwe żona li mhux bathing zone.

 

Min jiddeċidi jekk bajja tkunx dog-friendly jew le?

Id-deċizjoni biex bajja tkun iddikjarata bajja dog-friendly hija tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali kif ukoll tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika fuq suġġerimenti li jkunu saru mid-Direttorat tal-Animal Welfare.

 

Liema liġi tirregola il-bajjiet tal-klieb?

Il-projbizzjoni tal-klieb mill-bajjiet hija marbuta mal-kwalità tal-ilma għall-għawm li hija regolata mil- LS465.09 Art 19. Dan huwa bbażat fuq riċerka xjentifika kif ukoll fuq linji gwida tal-WHO li juru li batterji mill-ħmieġ tal-klieb jaffettwaw il-kwalità u l-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm, u dan jista’ jwassal biex is-saħħa tan-nies tkun f’risku.

 

Bajjiet tal-Bandiera Blu

Matul ix-xhur tas-sajf il-klieb mhumiex permessi fuq il-bajjiet li jġorru il-Bandiera Blu. Skont l-‘International Blue Flag eco-label for Sustainable Development’ dawn il-bajjiet huma kkunsidrati bħala bajjiet tal-aqwa kwalità. Fis-sajf dawn ikunu mmarkati b’bandiera blu. Kull sena, ġeneralment, Malta tikkwalifika biex ikollha madwar 10 sa 12-il Bajja b’Bandiera Blu kull sena.

 

Bajjiet bir-Ramel

Ħlief għall-Bajja tal-Mġiebaħ (li hija l-unika bajja uffiċjali għall-klieb), klieb MHUX permessi fuq l-ebda bajja bir-ramel, fi kwalunkwe żmien tas-sena. Din il-projbizzjoni tapplika għall-klieb f’kull bajja bir-ramel f’kull ħin (kemm fuq ir-ramel kif ukoll fl-ilma) f’Malta u Għawdex. Dan minħabba li kwalunkwe ħmieġ tal-klieb fuq ir-ramel ikun faċilmet assorbit mir-ramel u minn nies, speċjalment mit-tfal li jkunu qed jilagħbu fuq ir-ramel, u li faċilment jistgħu jiġu f’kuntatt mal-ħmieġ tal-klieb.

 

Bajjiet tal-blat

Il-klieb jistgħu ikunu fuq il-bajjiet tal-blat kollha (ħlief għal dawk tal-Bandiera Blu) is-sena kollha. Iżda jekk bajja tal-blat hija uffiċjalment bathing area, fis-sajf, il-klieb ma jistgħux jitnizzlu fil-baħar. Uffiċjalment, f’Malta u Għawdex hawn 87 Bathing Areas. Bathing areas mhumiex bajjiet, u huma wkoll differenti minn dawk iż-żoni tal-għawm. Bajja waħda jista’ jkollha diversi żoni għall-għawm (eż. Il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa għandha 5 żoni għall-għawm). Dawn huma żoni minn fejn jinġabru kampjuni tal-ilma mill-WRAU u l-EHD biex jiċċertifikaw il-kwalità u s-sigurtà tal-ilma. Il-klieb m’humiex permessi jgħumu f’waħda minn dawn iż-żoni tal-għawm, iżda l-klieb jistgħu jibqgħu fuq il-blat. Is-sidien huma obbligati jżommu l-klieb tagħhom b’ċinga u jnaddfu wara l-klieb tagħhom. Iż-żoni tal-għawm huma fil-bathing areas u f’non-bathing areas – dawn ikunu mmarkati b’bagi matul ix-xhur tas-sajf, sabiex id-dgħajjes ma jkunux jistgħu jidħlu fil-bajja biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-għawwiema.

 

X’jiġri jekk xi ħadd jikser il-liġi?

Il-ksur tal-liġi SL465.09, l-ewwel darba jista’ jwassall biex persuna teħel multa bejn €232 u €4658 u/jew mhux inqas minn sitt xhur priġunerija. Meta persuna tinqabad it-tieni darba, l-persuna tista’ teħel multa minn minimu ta’ €465 sa massimu ta’ €11,646 u/jew mhux inqas minn sentejn priġunerija.

 

 

commissioneranimalwelfare
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.