Il-Ħidma tagħna
Ir-responsabbiltajiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali huma:
Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni u tal-konformitàmad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 439tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali;
Il-promozzjoni u l-ħarsien tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ogħla standards għas-saħħa, it-trobbija u l-ħarsien tal-annimali;
Il-promozzjoni ta’ kampanji edukattivi u d-djalogu soċjali dwar kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-annimali;
Il-promozzjoni ta’ kampanji edukatIl-kooperazzjoni u l-ftehim ma’ entitajiet jew persuni li huma interessati fil-ħarsiental-annimali, sabiex il-Kummissarju jkun jista’ jissorvelja aħjar l-implimentazzjoni ta’ u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att;
It-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Ministru u lill-Kunsill dwar it-tħejjija ta’ standards, linji gwida u regolamenti relatati mal-ħarsien tal-annimali;
Ir-reviżjoni u l-investigazzjoni, kemm fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq ilment li jkun irċieva, tal-funzjonijiet u l-ħidma tal-Kunsill, tad-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji, jew id-Direttorat responsabbli mit-Trattament Xieraq tal-Annimali;
It-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar is-sejbiet ta’ kwalunkwe investigazzjoni formali, li għandu jinkludi tali rakkomandazzjonijiet u rimedji li jirriżultaw neċessarji jew meħtieġa; u-
It-twettiq ta’ tali funzjonijiet oħra li jistgħu jiġu assenjati mill-Ministru lill-Kummissarju, minn żmien għal żmien.