L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali
Il-missjoni u l-iskop
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsiental-Annimali twaqqaf permezz tal-Kap. 439 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, bl-għan li dan jipproteġi l-istatus għoli mistħoqq għall-ħarsiental-annimali u kwistjonijiet relatati ma’ dan.
Il-missjoni aħħarija tal-uffiċċju tal-Kummissarju hi li jippromwovi, jħares u jaħdem favurit-trattament xieraq tal-annimali u l-ogħla standards tas-saħħa, it-trobbija u l-ħarsien tal-annimali. Il-promozzjoni ta’ konformità mal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, it-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-entitajiet u l-persuni li jaħdmu favur il-ħarsiental-annimali u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-trattament xieraq tal-annimali.