commissioneranimalwelfare.gov.mt

MERĦBA

Il-Missjoni u l-iskop tagħna

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali twaqqaf permezz tal-Kap. 439 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, bl-għan li dan jipproteġi l-istatus għoli mistħoqq għall-ħarsiental-annimali u kwistjonijiet relatati ma’ dan.

Il-missjoni aħħarija tal-uffiċċju tal-Kummissarju hi li jippromwovi, jħares u jaħdem favurit-trattament xieraq tal-annimali u l-ogħla standards tas-saħħa, it-trobbija u l-ħarsien tal-annimali. Il-promozzjoni ta’ konformità mal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, it-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-entitajiet u l-persuni li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali u t-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-trattament xieraq tal-annimali.

Il-Ħidma tagħna

Ir-responsabbiltajiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali huma:

Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni u tal-konformitàmad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 439 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali; Il-promozzjoni u l-ħarsien tat-trattament xieraq tal-annimali u l-ogħla standards għas-saħħa, it-trobbija u l-ħarsien tal-annimali; Il-promozzjoni ta’ kampanji edukattivi u d-djalogu soċjali dwar kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-annimali;

Commissioner Animalwelfare
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.