Kelmtejn dwar il-liġi li tipproteġi l-annimali

Kitba ta’ Emmanuel Buhagiar – Konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-agrikoltura, is-sajd, l-ikel u d-drittijiet tal-annimali.

Emmanuel Buhagiar - Consultant

F’Kapitlu 439 l-Att Dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali nsibu li din il-liġi d-dur dawra sewwa b’artikli diversi biex tipproteġi l-ħajja tal-annimali u ma tħallix li ssir moħqrija lejhom.L-Istat jipproteġi lill-annimali li tfisser kull ħlejqa tar-razza tal- annimali barra l-bniedem u tinkludi wkoll l-larva ta’insett li qed jgħix waħdu. Il- liġi taħseb għall pieni ħorox kemm ta’ multi u ħabs jew it-tnejn flimkien.

Minn żmien għall żmien isiru xi tibdiliet biex f’tali liġi dejjem tiġi konformi mal-ħtiġijiet tal-lumm. Fl-2014 sar ukoll tibdil fejn l-Istat daħħal għall ewwel darba l-ħatra ta’ Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-funzjoni tal-Kummissarju f’dan ir-rigward ikun ta tarka biex dak li ma jkunx qed isir skont il-liġi jew fejn il-Pubbliku wara li jkun għamel xi rapporti ta’ moħqrija fuq annimali lid-Diretturi dak għat-Trattament Xieraq tal-Annimal u dak għas-Servizzi Veterinarji huwa jkun jista jinvestiġa tali rapporti.

Fejn jidħlu l-annimali hemm ukoll liġijiet oħra li biex ngħid hekk inmissu magħhom ta sikwit. Waħda mill-Liġijiet hija Kapitlu 312 l-Att Dwar il-Klieb li din ukoll f’xi stadju għanda tiġi emendata. Il-Pulizija eżekuttiva jużawha minn żmien għall ieħor speċjalment Artiklu 5 (1) li dan jgħid ; Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jipprojbixxi detentur ta’ liċenza milli jżomm iktar minn kelb wieħed f’xi dar li tkun qiegħda f’post abitat fis-sens tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.(2) Għall-finijiet tas-sub artikolu (1) kull persuna li fid-dar tagħha jinstabu xi klieb, titqies li tkun il-persuna li żżomm dawk il-klieb, sakemm ma jiġix ppruvat kuntrarju.

Hawnhekk il-Pubbliku li jkun irid iżomm ġewwa daru xi klieb bħala pets għandu jkun jaf b’tali restrizzjonijiet li mhux għax għandu fejn iżomm aktar minn kelb wieħed dan ma jagħtix każ ta liġijiet oħra fejn dawn jiġu nfurzati biss mill-Pulizija. Meta fid-dar jinżammu klieb li dawn ikunu qed idejjqu lill ġirien permezz ta’ nbieħ jew storbju dawn jistgħu jitressqu l-Qorti u jiġu akkużati taħt Kapitlu 10 liġijiet tal-Pulizija taħt Artiklu 153.li jgħid li Kull persuna li ssakkar jew iġġiegħel, jew tippermetti, li xi annimal jissakkar f’xi post, għandha tieħu dawk il-prekawzjonijiet meħtieġa skont iċ-ċirkostanzi sabiex ma tħallix lil dak l-annimal idejjaq lill-ġirien, permezz ta’ inbiħ jew tnewwiħ jew xort’oħra.