animal honors awards banner

Animal Honours Awards 2024

Bi pjaċir inħabbru t-tielet edizzjoni tal-Malta Animal Honours Awards organizzat mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, is-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

Din hija opportunità sabiex mhux biss niċċelebraw lill-kreaturi ħbieb tagħna u nagħtuhom l-opportunità li jibbrillaw, iżda wkoll biex nirrikonoxxu l-persuni nvoluti fl-aspetti kollha tal-ħolqien ta’ għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali, kif ukoll dawk li jgħixuha u jipprattikawha ta’ kuljum.

Il-pubbliku huwa mistieden jibgħat l-istejjer tiegħu jispjega għaliex l-annimali u l-persuni li qed jiġu nnominati għandhom jirbħu l-kategorija li huma nominati għaliha. In-nomini ser jintlaqgħu sa nhar l-Ħamis 8 ta’ Awwissu 2024. Bord magħżul mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali se jirrevedi n-nomini u jagħzel l-aħjar tliet kandidati nominati minn kull kategorija. Dawn imbagħad jerġgħu jitħabbru għall-vot tal-pubbliku u dawk l-aktar nominati jkunu rebbieħa tal-kategorija rispettiva tagħhom.

Annimali magħżula flimkien mal-carers umani tagħhom, kif ukoll il-persuni nominati għall-kategoriji umani se jkunu mistiedna jattendu ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.

Honours Awards Kategoriji tal-Annimali 2024 Honours Awards Kategoriji tal-Umani 2024
Premju għall-Annimal bl-Uniformi (pulizija, dwana, etc)
Premju għall-aktar Veterinarju Popolari
Premju għall-Annimal Adottat tas-Sena
Premju għall-aktar Raħħal Popolari
Premju għall-Annimal l-iktar Intelliġenti
Premju għall-aktar Voluntier Popolari
Premju għall-aktar Annimal ta’ Kumpanija Popolari
Premju għall-aktar Edukatur Popolari
Premju għall-Annimal tar-Razzett
Premju għall-aktar Kunsill Lokali Popolari
Premju għall-Annimal tas-Santwarju l-iktar li jixraqlu jiġi adottat (f’santwarju liċenzjat)
Premju għall-aktar Stabbiliment li Jħobb l-Annimali Domestiċi
Ministry Logo
commissioner for animal welfare logo
commissioneranimalwelfare
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.